18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/6
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komuniatjiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-174/09)
2009/C 167/10
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kaduczak u S. Schønberg, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex timplementa d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/32/KE skada fil-11 ta’ Awwissu 2007. Sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijet neċessarji kollha sabiex tittrasponi d-direttiva u, fi kwalunkwe każ, hija ma kinitx informat lill-Kummissjoni dwar dan.
(1) ĠU L 191, p. 29
Full & Egal Universal Law Academy