15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division (ir-Renju Unit) fid-19 ta’ Mejju 2009 — Seaport (NI) Limited vs Department of the Environment for Northern Ireland
(Kawża C-182/09)
2009/C 193/05
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Seaport (NI) Limited.
Konvenut: Department of the Environment for Northern Ireland
Domandi preliminari
1)
X’inhi l-portata tas-setgħa mogħtija lill-Istati Membri taħt l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2001/42/KE (1) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (“id-Direttiva SEA”) sabiex jiddeċiedu li mhuwiex possibbli li jintalab li ssir stima [evalwazzjoni] ambjentali għal pjan jew programm li l-ewwel att preparatorju formali għalih sar qabel il-21 ta’ Lulju 2004, kif ukoll il-kwistjonijiet li l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni, fuq bażi ta’ każ b’każ, sabiex jaslu għad din id-deċiżjoni?
2)
Setgħet l-awtorità nazzjonali ta’ Stat Membru, wara li kienet iddeċidiet fl-2004 li kien possibbli għal pjan li jikkonforma mal-eżiġenzi tad-Direttiva SEA [u wara li sostniet din il-pożizzjoni iktar tard u quddiem il-qorti nazzjonali], tibdel din id-deċiżjoni u tiddeċiedi f’Novembru 2007 li ma kienx possibbli li dan il-pjan jikkonforma mad-Direttiva SEA?
3)
Il-proċess ta’ deċiżjoni msemmi fit-tieni mistoqsija huwa ekwivalenti għal deċiżjoni retroattiva ta’ jekk kienx possibbli għal pjan li jikkonforma mal-eżiġenzi tad-Direttiva SEA, u jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva SEA jippermetti deċiżjonijiet retroattivi bħal dawn, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?
4)
Il-fatturi meħuda inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali f’dan il-każ sabiex kien deċiż fis-6 ta’ Novembru 2007 li ma kienx possibbli li ssir evalwazzjoni ambjentali tal-Abbozz tal-Pjan għaż-Żona fit-Tramuntana (Draft North Area Plan) kienu suġġetti li hija kienet awtorizzata tieħu inkunsiderazzjoni sabiex tieħu din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva SEA?
(1) ĠU L 197, p. 30
Full & Egal Universal Law Academy