18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/6
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-183/09)
2009/C 167/11
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u Irò Dimitriou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika Ellenika, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx l-imsemmija dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 412(1) ta’ din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE fid-dritt nazzjonali skada fl-1 ta’ Jannar 2008.
(1) ĠU L 347, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy