1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/32
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Iżvezja
(Kawża C-185/09)
2009/C 180/54
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: U. Jonsson u L. Balta)
Konvenut: Ir-Renju tal-Iżvezja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi naqas milli jadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi naqas milli jinnotifika lill-Kummissjoni dwarha, ir-Renju tal-Iżvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 15(1) ta’ dik id-direttiva, u
—
tikkundanna lir-Renju tal-Iżvezja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fil-15 ta’ Settembru 2007.
(1) ĠU L 105, p. 54.
Full & Egal Universal Law Academy