1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/33
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-186/09)
2009/C 180/55
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u P. Van den Wyngaert, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE (1) tat-13 ta’ Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi, jew, f’kull każ, billi ma kkomunikax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-21 ta’ Diċembru 2007.
(1) ĠU L 373, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy