18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/7
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-187/09)
2009/C 167/13
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: O. Beynet, S. Walker, aġenti)
Konvenuti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Talbiet tal-partijiet rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja f’vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva u taħt it-Trattat;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-4 ta’ Jannar 2008.
Full & Egal Universal Law Academy