1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/34
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda
(Kawża C-192/09)
2009/C 180/58
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Balta u H. Te Winkel, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda
Talbiet tal-parti rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2006/24/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika [networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni] u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE (2) jew, f’kull każ, billi ma kkomunikax tali dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Olanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 15 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Olanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih id-direttiva kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali skada fil-15 ta’ Settembru 2007.
(1) ĠU L 105, p. 54.
(2) ĠU L 201, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy