15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (Patents Court) (England and Wales) tad-29 ta’ Mejju 2009 — Synthon BV vs Merz Pharma Gmbh & Co KG
(Kawża C-195/09)
2009/C 193/10
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Synthon BV
Konvenuta: Merz Pharma Gmbh & Co KG
Domandi preliminari
1.
Għall-finijiet tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92 (1), awtorizzazzjoni tammonta għal “l-ewwel awtorizzazzjoni […] biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” jekk hija tkun ingħatat b’mod konformi ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE (2), jew huwa neċessarju li barra minn hekk ikun stabbilit li, fl-għoti tal-awtorizzazzjoni inkwistjoni, l-awtoritajiet nazzjonali evalwaw l-informazzjoni kif meħtieġ mill-proċedura amministrattiva stabbilita f’din id-direttiva?
2.
Għall-finijiet tal-Artikolu 13 u tal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92, l-espressjoni “l-ewwel awtorizzazzjoni […] biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità” tinkludi l-awtorizzazzjonijiet li l-koeżistentza tagħhom ma’ sistema ta’ awtorizzazzjoni li hija konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE kienet permessa mil-liġi nazzjonali?
3.
Prodott li jibbenefika mill-ewwel awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità Ewropea mingħajr ma jkun għadda mill-proċedura amministrattiva stabbilita fid-Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1768/92 kif definit fl-Artikolu 2 tiegħu?
4.
Jekk it-tielet domanda tingħata risposta fin-negattiv, iċ-ċertifikat li jkopri dan il-prodott huwa null?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1768/92 tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, p. 1-5).
(2) Direttiva tal-Kunsill 65/65/KEE, tas-26 ta’ Jannar 1965, dwar l-approssimazzjoni ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti b’liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti mediċinali (ĠU 1962, 22, p. 369).
Full & Egal Universal Law Academy