1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Volvo Car Germany GmbH vs Autohof Weidensdorf GmbH
(Kawża C-203/09)
2009/C 180/59
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Volvo Car Germany GmbH
Konvenuta: Autohof Weidensdorf GmbH
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 18(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi liġi nazzjonali li tipprovdi li aġent kummerċjali mhuwiex intitolat għal indennizz lanqas fil-każ tat-terminazzjoni kuntrattwali tal-kuntratt mill-prinċipal fil-każ li teżisti raġuni serja għal terminazzjoni immedjata tal-kuntratt minħabba li nuqqas li jista’ jkun attribwit lill-aġent kummerċjali kien jeżisti fid-data tat-terminazzjoni kuntrattwali iżda ma kienx il-kawża tat-terminazzjoni?
2)
Jekk tali liġi nazzjonali hija kompatibbli mad-Direttiva:
L-Artikolu 18(a) tad-Direttiva jipprekludi l-applikazzjoni b’analoġija tal-liġi nazzjonali rigward l-esklużjoni tat-talba għal indennizz fil-każ ta’ raġuni serja għat-terminazzjoni immedjata tal-kuntratt minħabba li nuqqas li jista’ jkun attribwit lill-aġent kummerċjali seħħ biss wara l-għoti tan-notifika kuntrattwali ta’ terminazzjoni u fejn il-prinċipal sar jaf b’din ir-raġuni biss wara li l-kuntratt intemm, b’tali mod li ma kellux iktar il-possibbiltà li jagħti notifika ulterjuri ta’ terminazzjoni immedjata tal-kuntratt ibbażata fuq in-nuqqas min-naħa tal-aġent kummerċjali?
(1) ĠU L 382, p. 17
Full & Egal Universal Law Academy