15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Ġunju 2009 — Flachglas Torgau GmbH vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-204/09)
2009/C 193/14
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Flachglas Torgau GmbH
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Domandi preliminari
1.
a)
It-tieni sentenza tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li huma biss il-korpi u l-istituzzjonijiet li, skont id-dritt nazzjonali, jadottaw id-deċiżjoni finali (vinkolanti) fil-kuntest tal-proċedura leġislattiva li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva, jew fis-sens li anki l-korpi u l-istituzzjonijiet li d-dritt nazzjonali jagħtihom kompetenzi u drittijiet ta’ parteċipazzjoni fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva li jippermettulhom, b’mod partikolari, jippreżentaw abbozzi ta’ liġi u li jagħtu opinjonijiet fuq tali abbozzi, jaġixxu f’din il-kapaċità?
b)
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kunċett ta’ awtorità pubblika jeskludi l-korpi u l-istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità ġudizzjarja u leġiżlattiva biss jekk, fid-data tal-adozzjoni tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom ma jipprovdux għal proċeduri ta’ rikors fis-sens tal-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva?
c)
Il-korpi u l-istituzzjonijiet li jaġixxu f’kapaċità leġiżlattiva huma esklużi mill-kamp tad-definizzjoni tal-awtorità pubblika biss matul l-iżvolġiment tal-proċedura leġiżlattiva?
2.
a)
Il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, tkun stabbilita fil-liġi meta d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/4 jipprovdu, b’mod ġenerali, li t-talba għal aċċess għal informazzjoni ambjentali għandha tiġi miċħuda meta l-iżvelar ta’ din l-informazzjoni tippreġudika l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-amministrazzjonijiet pubbliċi suġġetti għall-obbligu ta’ informazzjoni, jew inkella hija meħtieġa dispożizzjoni legali speċifika li timponi l-kunfidenzjalità tal-proċedimenti?
b)
Il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, tkun stabbilita fil-liġi meta, minħabba prinċipju ġenerali tad-dritt nazzjonali, il-proċeduri amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi ma jkunux pubbliċi?
(1) ĠU L 41, p. 26
Full & Egal Universal Law Academy