1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/35
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-206/09)
2009/C 180/60
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: L. Pignataro, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tikkonstata li billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/68/KE (1), tas-27 ta’ Novembru 2007, li temenda l-Anness IIIa tad-Direttiva 2000/13/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ ċerti ingredjenti tal-ikel, jew f’kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/68/KE skada fil-31 ta’ Mejju 2008.
(1) ĠU L 310, p. 11
(2) ĠU L 109, p. 29
Full & Egal Universal Law Academy