29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/20
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-207/09)
2009/C 205/35
Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: K. Simonsson, A. Tokár, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ntużaw is-servizzi ta’ soċjetajiet li mhumiex rikonoxxuti, fis-sens tal-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 94/57KE (1), għal spezzjonijiet u perizji stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dan l-Artikolu..
—
tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Slovakka użat is-servizzi ta’ organizzazzjonijiet li mhumiex irrikonoxxuti bħala soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni skont id-Direttiva 94/57/KE u, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni, naqset milli twaqqaf l-awtorizzazzjoni mogħtija lil dawn l-organizzazzjonijiet. Barra minn hekk, peress illi r-Repubblika Slovakka ma implementatx qafas leġiżlattiv li kapaċi jwaqqaf fil-futur l-eventwali awtorizzazzjoni ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni mhux irrikonoxxuti, jeżisti riskju li każijiet ta’ applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 94/57/KE, simili għal dak li huwa s-suġġett tar-rikors preżenti, jirrepetu ruħhom.
(1) Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta’ Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, tat-12 ta’ Diċembru 1994, p. 20)
Full & Egal Universal Law Academy