15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshofs (L-Awstrija) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Ilonka Sayn-Wittgenstein vs Landeshauptmann von Wien
(Kawża C-208/09)
2009/C 193/15
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshofs.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ilonka Sayn.
Konvenut: Landeshauptmann von Wien.
Domanda preliminari
L-Artikolu 18 KE jipprekludi regola li tipprovdi li l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jirrifjutaw milli jirrikonoxxu kunjom, li ġie ddefinit fi Stat Membru ieħor, ta’ tifla adottata (adulta) meta dan il-kunjom jinkludi titolu ta’ nobbiltà li mhux aċċettat fl-ewwel Stat Membru (anki skont id-dritt kostituzzjonali ta’ dan l-Istat)?
Full & Egal Universal Law Academy