15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Lahti Energia Oy
(Kawża C-209/09)
2009/C 193/16
Lingwa tal-kawża: Il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lahti Energia Oy
Partijiet oħrajn interessati: Lahden seudun ympäristölautakunta, Hämeen ympäristökeskus u Salpausselän luonnonystävät ry
Domandi preliminari
1)
Għandha tiġi kkunsidrata bħala attività prevista mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/76/KE (1), il-kombustjoni fil-boiler ta’ impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija, bħala kombustibbli addizzjonali, ta’ gass prodott f’fabbrika tal-gass, jekk dan il-gass ma jiġix ippurifikat wara l-gassifikazzjoni?
2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun, fil-prinċipju tagħha, fin-negattiv, il-karatteristiċi tal-iskart għall-inċinerazzjoni jew il-kontenut ta’ partikoli jew ta’ impuritajiet oħra fil-gass intiż sabiex jiġi maħruq, għandhom impatt fuq l-evalwazzjoni?
(1) Id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Diċembru 2000, dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart.
Full & Egal Universal Law Academy