29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2009 — Scott SA, Kimberly Clark SNC, illum Kimberly Clark SAS vs Ville d’Orléans
(Kawża C-210/09)
2009/C 205/36
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d’appel de Nantes
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Scott SA, Kimberly Clark SNC, illum Kimberly Clark SAS
Konvenuta: Ville d’Orléans
Domanda preliminari
L-annullament eventwali, mill-qorti amministrattiva Franċiża, ta’ ordnijiet ta’ ġbir maħruġin għall-irkupru ta’ għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq komuni fit-12 ta’ Lulju 2000 mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1), minħabba l-ksur ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar il-preżentazzjoni fiżika ta’ dawn l-ordnijiet, huwa ta’ tali natura li, fid-dawl tal-possibbiltà, għall-awtorità amministrattiva kompetenti, li tirrimedja d-difett li huma vvizzjati bih dawn id-deċiżjonijiet, jostakola l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tat-12 ta’ Lulju 2000, bi ksur tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (2)?
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/14/KE, tat-12 ta’ Lulju 2000, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza favur Scott Paper SA/Kimberly-Clark (ĠU 2002, L 12, p. 1) [traduzzjoni mhux uffiċjali].
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy