29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Ġunju 2009 — Barsoum Chabo vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(Kawża C-213/09)
2009/C 205/37
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Barsoum Chabo
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Domanda preliminari (1)
L-ammont supplementari ta’ EUR 222 għal kull 100 kilogramm nett ta’ prodott, li jirriżulta mir-rata tal-“pajjiżi terzi” u mir-rata ta’ tariffa preferenzjali, miġbura fuq l-importazzjoni ta’ faqqiegħ ippreservat tat-tip Agaricus (Subintestatura NM 2003 10 30), huwa null billi jmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità?
(1) Li tikkonċerna r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy