12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (Il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2009 — I. SGS Belgium NV v Belgisch Interventie-en Restitutiebureau, Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV u II. Firme Derwa NV u Centraal Beheer Achmea NV vs SGS Belgium NV u Belgisch Interventie en Restitutiebureau
(Kawża C-218/09)
2009/C 220/31
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel.
Partijiet fil-kawża prinċipali
I.
SGS Belgium NV
vs
Belgisch Interventie- en Restitutiebureau
Firme Derwa NV
Centraal Beheer Achmea NV
II.
Firme Derwa NV
Centraal Beheer Achmea NV
vs
SGS Belgium NV
Belgisch Interventie- en Restitutiebureau
Domandi preliminari
Il-frażi “force majeure”, li tinsab fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 (1), tas-27 ta’ Novembru 1987, li jistabbilixxi regoli komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dannu lil-laħam taċ-ċanga matul it-trasportazzjoni tiegħu fl-ippakjar korrett u f’container imkessaħ, li jżomm it-temperatura meħtieġa b’mod kostanti, jikkostitwixxi, bħala regola, force majeure?
(1) ĠU 1987 L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy