26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/3
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ġunju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-223/09)
2009/C 233/03
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: O. Beynet u M. Kaduczak)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li,
—
jiġi ddikjarat li r-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 2005/89/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Jannar 2006, dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà fil-provvista tal-elettriku u tal-investiment fl-infrastruttura (1) billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ma’ din id-direttiva jew, f’kull każ, milli tikkomunikahom lill-Kummissjoni;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-24 ta’ Frar 2008. Fil-mument tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenuta kienet għadha ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex tittrasponi d-Direttiva jew, f’kull każ, kienet għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 33, p. 22.
Full & Egal Universal Law Academy