12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundespatentgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Ġunju 2009 — Rechtsanwaltssozietät Lovells vs Bayer CropScience AG
(Kawża C-229/09)
2009/C 220/34
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rechtsanwaltssozietät Lovells
Konvenuta: Bayer CropScience AG
Domanda preliminari
L-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1996, dwar il-ħolqien ta’ kull ċertifikat supplimentari ta’ ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1) tiddependi esklużivament fuq l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414/KEE (2) jew ċertifikat jista’ jinħareġ ukoll abbażi ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq mogħtija skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 91/414/KEE?
(1) ĠU L 198, p. 30
(2) ĠU L 230, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy