12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Koblenz vs Kurt Etling u Thomas Etling GbR; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen
(Kawża C-230/09)
2009/C 220/35
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof (il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hauptzollamt Koblenz.
Konvenuta: Kurt Etling u Thomas Etling GbR.
Intervenjent: Bundesministerium der Finanzen
Domanda preliminari
Id-dritt Komunitarju, b’mod speċjali l-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1788/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur, matul il-perijodu li matulu kwantità ta’ referenza tkun ġiet ittrasferita lilu minn produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fuqha xi ħalib ikun diġà ġie ttrasferit minn dan il-produttur l-ieħor matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar meħud inkunsiderazzjoni?
(1) ĠU L 270, p. 123.
Full & Egal Universal Law Academy