12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Ġunju 2009 — Hauptzollamt Oldenburg vs 1. Theodor Aissen, 2. Hermann Rohaan; intervenjent: Bundesministerium der Finanzen
(Kawża C-231/09)
2009/C 220/36
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent
:
Hauptzollamt Oldenburg
Konvenuti
:
1.
Theodor Aissen,
2.
Hermann Rohaan
Intervenjent
:
Bundesministerium der Finanzen
Domandi preliminari
1)
Id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari, l-Artikolu 5(k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kwantità ta’ referenza ta’ produttur li, matul perijodu kurrenti ta’ tnax-il xahar, jakkwista azjenda agrikola mingħand produttur ieħor, ma tinkludix il-kwantità li fir-rigward tagħha, matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar inkwistjoni, il-ħalib ġie kkunsinnat mill-produttur l-ieħor qabel it-trasferiment tal-azjenda agrikola?
2)
Id-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jew prinċipji ġenerali li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tal-parti mhux użata tal-kwantità ta’ referenza nazzjonali mal-provvisti ta’ kwantitajiet eċċessivi msemmija fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament Nru 1788/2003 fis-sitwazzjoni inkwistjoni fl-ewwel domanda, tawtorizza lill-prodottur, li jkun akkwista l-azjenda agrikola matul il-perijodu ta’ tnax-il xahar, jinkludi l-parti tal-kwantità ta’ referenza li diġà ġiet ikkunsinnata mill-prodottur l-ieħor sabiex jipparteċipa fl-allokazzjoni tal-parti mhux użata?
(1) ĠU L 2003 L 270, p. 123.
Full & Egal Universal Law Academy