29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (Id-Danimarka) fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Skatteministeriet vs DSV Road A/S
(Kawża C-234/09)
2009/C 205/45
Lingwa tal-kawża: Id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Vestre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteministeriet
Konvenuta: DSV Road A/S
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 204(1)(a), b’referenza għall-Artikoli 92 u 96 flimkien mal-Artikolu 1 u l-Artikolu 4(9) u (10) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li:
a)
jiġi inkors dejn doganali jekk proċedura ta’ tranżitu għal merkanzija li ma teżistix fiżikament tinbeda bi żball fis-Sistema Ġdida ta’ Tranżitu Kompjuterizzata (NCTS) minn kunsinnatur awtorizzat, bil-konsegwenza li sussegwentement, il-proċedura ta’ tranżitu ma tkunx tista’ tiġi konkluża skont ir-regoli, jew li
b)
ma jiġix inkors dejn doganali peress li huwa preżunt li l-proċedura ta’ tranżitu tapplika biss għal merkanzija li teżisti fiżikament, b’mod illi l-ġenerazzjoni żbaljata ta’ tranżitu fis-sistema NCTS għal merkanzija li ma teżistix fiżikament ma twassalx għall-impożizzjoni ta’ dazji doganali?
2)
Jekk ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun fil-pożittiv, il-kunċett ta’ “importazzjoni ta’ merkanzija” fl-Artikolu 4(10) flimkien mal-kunċett ta’ “merkanziji” fl-Artikolu 204(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ikopri kemm merkanzija li teżisti fiżikament kif ukoll merkanzija li ma teżistix fiżikament?
Full & Egal Universal Law Academy