12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Berlin (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Lulju 2009 — SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG vs BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
(Kawża C-239/09)
2009/C 220/40
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SEYDALAND Vereinigte Agrarbetriebe GmbH & Co. KG
Konvenuta: BVVG Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH
Domanda preliminari
It-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 5(1) tal-Flächenerwerbsverordnung, adotatti b’implementazzjoni tal-Artikolu 4(3)(1) tal-Ausgleichsleitungsgesetz, li jipprovdu li meta jeżistu kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għall-artijiet użati għar-raba’ u għall-mergħa, il-valur ta’ dawn l-artijiet għandu jiġi stabbilit skont dawn il-kriterji, u li l-kriterji ta’ valutazzjoni reġjonali għandhom jiġu ppubblikati mill-Ministru federali tal-finanzji fil-Bundesanzeiger (ġurnal ta’ avviżi uffiċjali tal-Gvern federali), jiksru l-Artikolu 87 tat-Trattat KE?
Full & Egal Universal Law Academy