26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Najvyšší súd Slovenskej republiky, Slovakkja fit-3 ta’ Lulju 2009 — Lesoochranárske Zoskupenie VLK vs Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky
(Kawża C-240/09)
2009/C 233/05
Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Najvyšší súd Slovenskej republiky, Slovakkja
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Lesoochranárske Zoskupenie VLK
Konvenut: Ministerstvo životného prostredia Slovenskej republiky
Domandi preliminari
(1)
Huwa possibbli li tiġi rikonoxxuta l-applikabbiltà immedjata (self executing effect) li għandhom il-konvenzjonijiet internazzjonali, tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus tal-25 ta’ Ġunju 1998, u b’mod partikolari, tas-subartikolu 3 tiegħu, meta jitqies l-għan prinċipali ta’ din il-konvenzjoni internazzjonali, jiġifieri li tbiddel id-definizzjoni klassika ta’ locus standi billi tagħti wkoll lill-pubbliku, jew lill-pubbliku kkonċernat, il-kwalità ta’ parti fil-proċeduri, peress li sa issa, għalkemm l-Unjoni Ewropea aderixxiet mal-imsemmija konvenzjoni internazzjonali fis-17 ta’ Frar 2005, għadha ma adottatx miżuri Komunitarji għall-implementazzjoni tagħha?
(2)
Huwa possibbli li jiġi rikonoxxut li l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u, b’mod partikolari, is-subartikolu 3 tiegħu, li huwa attwalment integrat fis-sistema Komunitarja, għandu applikabbiltà diretta jew effett dirett ta’ dritt Komunitarju, fis-sens tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja?
(3)
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi 1 u 2, huwa possibbli li l-Artikolu 9(3) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jiġi interpretat, fid-dawl tal-għan prinċipali ta’ din il-konvenzjoni internazzjonali, b’tali mod li l-espressjoni “atti ta’ awtoritajiet pubbliċi” tinkludi wkoll l-att li tingħata deċiżjoni, bil-konsegwenza li l-possibbiltà li l-pubbliku jieħu azzjoni quddiem il-qrati, tinkludi wkoll id-dritt li jikkontesta d-deċiżjoni stess tal-awtorità pubblika li l-illegalità tagħha għandha impatt fuq l-ambjent?
Full & Egal Universal Law Academy