26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Lulju 2009 — Günter Fuß vs Stadt Halle (Saale)
(Kawża C-243/09)
2009/C 233/06
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Halle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Günter Fuß
Konvenut: Stadt Halle (Saale)
Domandi preliminari
(1)
Id-detriment [iktar ’il quddiem, “dannu”] imsemmi fl-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat b’mod oġġettiv jew suġġettiv?
(2)
Hemm dannu fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, meta uffiċjal ta’ dipartiment ta’ intervent, minħabba t-talba tiegħu sabiex iżomm il-ħin massimu tax-xogħol, jiġi ttrasferit kontra r-rieda tiegħu għal pożizzjoni oħra li essenzjalment tinvolvi xogħol klerikali?
(3)
Salarju inqas għandu jiġi kkunsidrat bħala dannu fis-sens tal-Artikolu 22(1)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, meta t-trasferiment jirriżulta fi tnaqqis tas-sigħat ta’ xogħol diffiċli (iljieli, Ħdud u festi) u, għaldaqstant, tnaqqis fil-ħlas iktar għal kundizzjonijiet diffiċli ta’ xogħol li jikkorrispondi għal dawn is-sigħat ta’ xogħol?
(4)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermativ għat-tieni domanda jew għat-tielet domanda, dannu li jirriżulta minn trasferiment jista’ jiġi kkumpensat permezz ta’ vantaġġi oħra marbuta ma’ pożizzjoni ġdida, bħal ħin tax-xogħol inqas jew iktar taħriġ?
Full & Egal Universal Law Academy