12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidshof te Brussel (il-Belġju) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Omalet NV vs Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
(Kawża C-245/09)
2009/C 220/42
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidshof te Brussel.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Omalet NV
Konvenut: Rijksdienst voor Sociale Zekerheid
Domandi preliminari
1)
Qorti nazzjonali għandha tapplika l-Artikolu 49 KE f’kawża bejn ir-Rijksdienst voor Sociale Zekerheid u imprenditur prinċipali stabbilit fil-Belġju, meta jintalab li l-imsemmi imprenditur prinċipali jiġi kkundannat, skont l-Artikolu 30a(3) tal-Liġi tas-27 ta’ Ġunju 1969, li temenda d-Digriet Legali tat-28 ta’ Diċembru 1944 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema (fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma ġie emendat bl-Artikolu 55 tal-Liġi Programm tas-27 ta’ April 2007), bħala responsabbli in solidum għal parti mid-dejn ta’ subappaltatur mhux irreġistrat stabbilit fil-Belġju, jew meta jintalab li l-imsemmi imprenditur jiġi kkundannat talli ma osservax l-obbligu ta’ tnaqqis, previst bl-Artikolu 30(4) tal-Liġi?
2)
(Sussidjarjament) L-Artikolu 49 tat-Trattat jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik prevista bl-Artikolu 30a(3) u (4) tal-Liġi Belġjana tas-27 ta’ Ġunju 1969, li temenda d-Digriet Legali tat-28 ta’ Diċembru 1944 dwar is-sigurtà soċjali tal-ħaddiema (fil-verżjoni tiegħu applikabbli qabel ma ġie emendat bl-Artikolu 55 tal-Liġi Programm tas-27 ta’ April 2007?
Full & Egal Universal Law Academy