10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesarbeitsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Lulju 2009 — Susanne Bulicke vs Deutsche Büro Service GmbH
(Kawża C-246/09)
2009/C 244/02
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesarbeitsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Susanne Bulicke
Konvenuta: Deutsche Büro Service GmbH
Domanda preliminari
(1)
Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu sabiex jintalab bil-miktub id-dritt għal kumpens u/jew għad-danni minħabba diskriminazzjoni fir-reklutaġġ huwa ta’ xahrejn wara li jkun ġie rċevut l-avviż ta’ rifjut — jew, skont interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, wara li l-persuna ssir taf bid-diskriminazzjoni — tikser id-dritt Komunitarju primarju (li jiggarantixxi protezzjoni ġudizzjarja effettiva) u/jew il-projbizzjoni fid-dritt Komunitarju tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, id-Direttiva 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 (1), meta taħt id-dritt nazzjonali, talbiet ekwivalenti huma suġġetti għal termini ta’ preskrizzjoni ta’ tliet snin u/jew għall-projbizzjoni ta’ tnaqqis fil-livell ta’ protezzjoni prevista fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/87/KE, meta dispożizzjoni nazzjonali preċedenti tipprovdi għal terminu ta’ dekadenza itwal f’każ ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, p. 16).
Full & Egal Universal Law Academy