12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tartu Ringkonnakohus (L-Estonja) fis-7 ta’ Lulju 2009 — Novo Nordisk AS vs Ravimiamet
(Kawża C-249/09)
2009/C 220/44
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tartu Ringkonnakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Novo Nordisk AS
Konvenuta: Ravimiamet
Domandi preliminari
a)
L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal kwotazzjonijiet, minn ġurnali mediċi jew xogħlijiet xjentifiċi oħrajn, li huma inklużi fir-reklamar għal prodott mediċinali intiż għal persuni li huma awtorizzati jippreskrivu l-imsemmi prodott mediċinali?
b)
L-Artikolu 87(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (kif emendat u ssuplimentat) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprjobixxi l-pubblikazzjoni, fir-reklamar ta’ prodotti mediċinali, ta’ affermazzjonijiet li jmorru kontra s-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott, iżda li ma jeżiġix li l-affermazzjonijiet kollha fir-reklamar għal prodotti mediċinali għandhom ikunu inklużi fis-sunt tal-karatteristiċi tal-prodott jew għandhom ikunu jistgħu jiġu dedotti mill-informazzjoni fis-sunt?
(1) ĠU L 311, p. 67.
Full & Egal Universal Law Academy