12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Lulju 2009 — Bianca Purrucker vs Guillermo Vallés Pérez
(Kawża C-256/09)
2009/C 220/46
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bianca Purrucker
Konvenut: Guillermo Vallés Pérez
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 21 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1) (ir-Regolament Brussell IIa), dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet ta’ Stati Membri oħra skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament Brussell IIa, japplikaw ukoll għal miżuri provviżorji infurzabbli, fil-qasam tad-dritt tal-kustodja, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament Brussell IIa?
(1) ĠU 2003 L 338, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy