12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/23
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-258/09)
2009/C 220/47
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi awtorizza, fir-reġjuni tal-Vallonja, it-tħaddim ta’ impjanti eżistenti mhux konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikli 3, 7, 9, 10, 13, 14, punti a) u b), u 15(2), u dan minkejja l-iskadenza tat-30 ta’ Ottubru 2007, kif inhu previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (1), ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu sabiex l-impjanti eżistenti li jistgħu jkollhom impatt fuq l-emissjonijiet fl-arja, fl-ilma u fl-art u fuq it-tniġġiż isiru konformi skada fit-30 ta’ Ottubru 2007, b’applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE. Issa, fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut ma kienx għadu ħa l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma dan ir-rekwiżit fir-reġjuni tal-Vallonja jew, f’kull każ, ma kienx informa b’dan lill-Kummissjoni.
(1) ĠU L 24, p. 8.
Full & Egal Universal Law Academy