12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Stuttgart (Il-Ġermanja) fl-14 ta’ Lulju 2009 — Proċedura ta’ estradizzjoni kontra Gaetano Mantello
(Kawża C-261/09)
2009/C 220/50
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Stuttgart (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gaetano Mantello
Domandi preliminari
1.
Il-kwistjoni ta’ jekk ikunx hemm “l-istess atti” fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (1) għandha tiġi evalwata:
a)
skont id-dritt tal-Istat Membru li joħroġ il-mandat jew
b)
skont id-dritt tal-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat jew
ċ)
billi tingħata lill-kunċett ta’ “l-istess atti” interpretazzjoni awtonoma, speċifika għall-Unjoni Ewropea?
2.
F’sitwazzjoni fejn, meta ngħatat is-sentenza ta’ kundanna għal importazzjoni illeċita ta’ drogi narkotiċi, l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kellhom informazzjoni u provi li jqanqlu suspett ta’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni li għandha bħala għan it-traffikar ta’ drogi narkotiċi, iżda, fl-interess tal-investigazzjoni, għażlu li ma jissottomettux din l-informazzjoni u provi lill-qorti u li ma jagħtux bidu għall-proċeduri ta’ prosekuzzjoni fuq din il-bażi, l-imsemmija importazzjoni illeċita tikkostitwixxi “l-istess att”, fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Qafas, bħall-parteċipazzjoni f’tali organizzazzjoni?
(1) ĠU L 190, pg 1
Full & Egal Universal Law Academy