21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/19
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-264/09)
2009/C 282/36
Lingwa tal-kawża: Is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: O. Beynet, F. Hoffmeister, J. Javorský, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, peress li ma pprovdietx aċċess nondiskriminatorju għan-netwerks ta’ trasport, ir-Repubblika Slovakka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 9(e) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE (1).
—
tikkundanna lir-Repubblika Slovakka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-1 ta’ Lulju 2004.
(1) ĠU L 176, p. 37.
Full & Egal Universal Law Academy