7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Haarlem (l-Olanda) fis-16 ta’ Lulju 2009 — Premis Medical BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid
(Kawża C-273/09)
2009/C 267/49
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem (l-Olanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Premis Medical BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane Rotterdam, kantoor Rotterdam Laan op Zuid
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda (1), b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa validu, fis-sens li l-anness riprodott fir-rettifika huwa l-anness il-validu? Jekk dan huwa l-każ:
2)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni llimitat, f’dan ir-regolament, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-intestatura 9021? Jekk ir-regolament huwa validu:
3)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 729/2004, tal-15 ta’ April 2004, dwar il-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, b’rettifika ppubblikata fil-ĠU L 173 tas-7 ta’ Mejju 2004, p. 9, huwa invalidu minħabba li l-Kummissjoni kklassifikat b’mod inkorrett ir-“rollator” [apparat bir-roti li jgħin lill-persuni b’mobilità limitata sabiex jimxu] fin-Nomenklatura Magħquda?
(1) (ĠU L 113, p. 5)
Full & Egal Universal Law Academy