24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/7
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-280/09)
2009/C 256/13
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Oliver u G. Braga da Cruz, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji għall-applikazzjoni tal-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga, billi ma pproċedietx sabiex tikkomunikaha, skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, u billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet nazzjonali neċessarji għall-applikazzjoni tal-Artikolu 26(3) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 111/2005 (2), tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija Regolamenti (KE) Nru 273/2004 u (KE) Nru 111/2005.
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Regolament Nru 273/2004 daħal fis-seħħ fit-18 ta’ Awwissu 2005, filwaqt li r-Regolament Nru 111/2005 daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2005, fejn saru applikabbli mit-18 ta’ Awwissu 2005.
Billi ma rċeviet ebda komunikazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati mir-Repubblika Portugiża sabiex twettaq dak li jipprovdu ż-żewġ regolamenti msemmija iktar ’il fuq, u billi ma għandhiex elementi oħrajn ta’ informazzjoni li jippermettulha tikkonkludi li ġew adottati d-dispożizzjonijiet neċessarji, il-Kummissjoni tassumi li r-Repubblika Portugiża għadha ma adottatx dawn id-dispożizzjonijiet, u għaldaqstant ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt dawn ir-regolamenti.
(1) ĠU L 47, p. 1
(2) ĠU L 22, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy