24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/7
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-281/09)
2009/C 256/14
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L.Lozano Palacios u C. Vrignon, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tiddikjara li, billi ppermetta ksur manifest, imtenni u gravi tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE (1) tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tat-Trattat KE
—
Tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-interpretazzjoni restrittiva li r-Renju ta’ Spanja jagħti tal-kunċett ta’ reklamar, bil-konsegwenza li prattiki ta’ reklamar speċifiċi (b’mod partikolari ir-rapporti pubbliċitarji, ir-reklamar ta’ telepromozjonijiet, ir-reklamar tal-isponsorship u l-mikrospazji ta’ reklamar) ma jiġux ikkunsidrati bħala reklamar, u għaldaqstant ma jiġux suġġetti għal-limiti ta’ ħin imposti bid-Direttiva 89/552/KEE, tikser din l-aħħar direttiva.
(1) ĠU L 298, p. 23
Full & Egal Universal Law Academy