26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Luigi Ricci vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawża C-286/09)
2009/C 233/14
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luigi Ricci
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Domanda preliminari
L-Artikoli 17 KE, 39 KE u 42 KE u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1408/71 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-perijodi kollha ta’ assigurazzjoni għall-ftuħ, il-kisba u ż-żamma tad-dritt għall-benefiċċju — prinċipju attwat bl-adozzjoni, min-naħa tal-Kunsill, tar-Regolament Nru 1408/71 — għandu jkun applikabbli fil-każijiet kollha fejn huwa neċessarju li jsir użu mis-sistema tal-aggregazzjoni u tal-kalkolu pro rata għar-rikonoxximent tad-dritt għal benefiċċju partikolari, bil-konsegwenza li għal dan il-għan għandhom jiġu kkunsidrati kemm il-perijodi ta’ assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru, kif ukoll il-perijodi ta’ assigurazzjoni li ġew ikkompletati taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-persunal tal-istituzzjonijiet Komunitarji?
Full & Egal Universal Law Academy