26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte d’appello di Roma (l-Italja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Aduo Pisaneschi vs Istituto nazionale della previdenza sociale
(Kawża C-287/09)
2009/C 233/15
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte d’appello di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aduo Pisaneschi
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Domandi preliminari
L-Artikoli 17 KE, 39 KE U 42 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-prinċipju tal-aggregazzjoni tal-perijodi kollha tal-assigurazzjoni għall-intitolament, għall-kisba u għaż-żamma tal-benefiċċji — prinċipju introdott permezz tal-adozzjoni, mill-Kunsill, tar-Regolament Nru 1408/71 — għandu jiġi applikat kull darba li jkun neċessarju li wieħed jirrikorri għas-sistema ta’ aggregazzjoni u ta’ kalkolu pro rata sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt għal benefiċċju mogħti, li jimplika li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan il-għan kemm il-perijodi ta’ assigurazzjoni mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru, kif ukoll dawk imwettqa fil-kuntest tal-iskema tas-sigurtà soċjali tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet Komunitarji?
Full & Egal Universal Law Academy