7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel te Brussel (Il-Belġju) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Francesco Guarnieri & Cie vs Vandevelde Eddy VOF
(Kawża C-291/09)
2009/C 267/56
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel te Brussel.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Francesco Guarnieri & Cie.
Konvenuta: Vandevelde Eddy VOF
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 28, 29 u 30 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tal-25 ta’ Marzu 1957, jipprekludu li rikorrent ta’ nazzjonalità ta’ Monako li jressaq proċeduri legali għall-ħlas ta’ kontijiet maħruġa għall-kunsinna ta’ “twister-glazen” u ta’ xemgħat żgħar u aċċessorji, ikun meħtieġ, fuq talba ta’ konvenut ta’ nazzjonalità Belġjana, jagħti garanzija għall-ħlas ta’ spejjeż u ta’ danni li jirriżultaw mill-proċeduri li huwa jista’ jiġi kkundanat iħallas?
Full & Egal Universal Law Academy