12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/30
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-294/09)
2009/C 220/57
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Braun, A.-A. Gilly, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Irlanda
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2006/43/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 Mejju 2006, dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva 84/253/KEE jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih kellha tiġi trasposta d-Direttiva skada fid-29 ta’ Ġunju 2008.
(1) ĠU L 157, p. 87.
Full & Egal Universal Law Academy