7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/32
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud fit-30 ta’ Lulju 2009 — DAR Duale Abfallwirtschaft und Verwertung Ruhrgebiet GmbH vs Ministerstvo životního prostředí
(Kawża C-299/09)
2009/C 267/59
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DAR Duale Abfallwirtschaft und Verwertung Ruhrgebiet GmbH.
Konvenut: Ministerstvo životního prostředí.
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien tal-Artikolu 2(i) u (k) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 tal-1 ta’ Frar 1993 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjaġġi bil-baħar ta’ skart fi, għal u mill-Komunità Ewropea, tal-Artikolu 1(e) u (f) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart u tal-punti D 10 tal-Anness II A u R 1 tal-Anness II B, ta’ din l-istess Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ewwel wieħed mill-kriterji ddefiniti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Frar 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-458/00, Ġabra p. I-1553), li jipperemetti li l-inċinerazzjoni tal-iskart jiġi kkwalifikat bħala rkupru ta’ skart sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija fis-sens tal-punt R 1 tal-Anness II B tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq (jiġifieri li l-għan prinċipali tal-operazzjoni tkun li tippermetti li l-iskart iwettaq funzjoni utli, jiġifieri l-produzzjoni tal-enerġija) jista’ jiġi sodisfatt anki fin-nuqqas taċ-ċirkustanzi msemmija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza msemmija iktar ’il fuq bħala fatturi li juru li jkun seħħ l-irkupru tal-iskart, jiġifieri fil-każ fejn il-ħlas għal din l-operazzjoni favur il-fornitur tal-iskart ma jsirx mill-operatur tal-installazzjoni fejn ser titwettaq l-inċinerazzjoni tagħhom u fejn din l-installazzjoni lanqas m’hija teknikament adattata sabiex, fil-każ ta’ provvista insuffiċjenti ta’ skart, tkun tista’ tkompli titħaddem billi tuża sorsi ta’ enerġija primarji?
2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva, taħt liema kundizzjonijiet, f’tali każ, l-operazzjoni inkwistjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala operazzjoni ta’ rkupru tal-iskart?
a)
Huwa possibbli li jiġi injorat totalment l-aspett tal-ħlas għal operazzjoni ta’ trattament ta’ skart, jew huwa meħtieġ għall-inqas, sabiex din l-operazzjoni tiġi kkwalifikata bħala rkupru tal-iskart, li d-dħul li l-operatur ta’ installazzjoni jagħmel mill-bejgħ tal-enerġija termali jew elettrika prodotta mill-inċinerazzjoni ta’ kwantità partikolari ta’ skart ikun ogħla mill-ammont li jirċievi bħala ħlas għar-riċeviment tal-iskart?
b)
F’dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tal-installazzjoni tad-destinatarju tal-iskart, huwa possibbli li jiġi kkunsidrat bħala fattur suffiċjenti li jistabilixxi l-operazzjoni tal-irkupru tal-iskart, il-fatt li din l-installazzjoni ġiet formalment ikkwalifikata, fid-deċiżjoni li tawtorizza l-użu tal-installazzjoni, bħala installazzjoni ta’ rkupru tal-enerġija mill-iskart, u li l-operatur tal-installazzjoni intrabat kuntrattwalment sabiex jipprovdi lin-netwerk, ċertu ammont ta’ enerġija termika, fejn jaf li jekk ma jwettaqx dan l-obbligu jkun espost għal penalitajiet kuntrattwali? Jew il-fatt li, fuq livell ġuridiku, tekniku u ekonomiku, l-operatur tal-installazzjoni jkun realment f’pożizzjoni li jkompli l-attività tiegħu, mill-inqas b’mod provviżorju billi juża kombustibbli oħra barra l-iskart jikkostitwixxi kundizzjoni minima sabiex l-operazzjoni inkwistjoni tkun tista’ tiġi kkwalifikata bħala rkupru tal-iskart?
Full & Egal Universal Law Academy