24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/11
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-304/09)
2009/C 256/21
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa kollha fit-terminu previst sabiex tneħħi l-iskema ta’ għajnuna meqjusa bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/261/KE, tas-16 ta’ Marzu 2005, dwar is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat dwar miżuri urġenti li jiffavorixxu l-iżvilupp u l-korrezzjoni tal-implementazzjoni tal-kontijiet pubbliċi (innotifikata fis-17 ta’ Marzu 2005 bin-numru C(2005) 591, ĠU L 94 tal-1 ta’ April 2006, p. 42) u għall-irkupru mingħand il-benefiċjarji tal-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha imposti fuqha permezz tal-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u tat-Trattat KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih l-Italja għandha tneħħi l-iskema ta’ għajnuna u tirkupra l-għajnuna mħallsa illegalment skada xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni. Erba’ snin wara, l-awtoritajiet Taljani rkupraw biss madwar 25 % tall-għajnuna.
Full & Egal Universal Law Academy