24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/11
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-305/09)
2009/C 256/22
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u E. Righini, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara illi, billi ma ħaditx fit-terminu stabbilit il-miżuri neċessarji kollha sabiex twaqqaf l-iskema ta’ għajnuna ddikjarata bħala illegali u inkompatibbli mas-suq komuni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/919/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2004, dwar l-inċentivi fiskali favur kumpanniji li jipparteċipaw f’fieri barra l-pajjiż (innotifikata fis-17 ta’ Diċembru 2004 bid-dokument numru C(2004) 4746, ĠU L 335 tal-21 ta’ Diċembru 2005, p. 39) u sabiex tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuna mogħtija abbażi ta’ din l-iskema, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti mill-Artikoli 2, 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni u mit-Trattat KE;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu li fih l-Italja kellha twaqqaf l-iskema u tirkupra l-għajnuna mogħtija illegalment skada xahrejn wara n-notifika tad-deċiżjoni. Iktar minn erba’ snin wara, l-awtoritajiet Taljani ġabru biss madwar 65 % mill-għajnuna li għaliha nħarġet ordni ta’ ħlas u għad iridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ammont tal-għajnuna mogħtija lill-benefiċjarji li mill-bidu nett ma kellhomx dritt li jibbenefikaw mill-iskema.
Full & Egal Universal Law Academy