7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/34
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (L-Olanda) fit-3 ta’ Awissu 2009 — B.A.M. Vermeer Contracting sp. Zoo, il-parti l-oħra: Ministre des Affaires sociales et de l’Emploi
(Kawża C-308/09)
2009/C 267/63
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State (L-Olanda).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B.A.M. Vermeer Contracting sp. zoo.
Parti l-oħra: Ministre des Affaires sociales et de l’Emploi.
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 49 KE u 50 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu liġi nazzjonali, bħalma hija dik li tinsab fl-Artikolu 2 tal-Wet arbeid vreemdelingen moqri flimkien mal-Artikolu 1e(1)(ċ) tad-digriet li jimplementaha, li tipprovdi li l-kollokament ta’ ħaddiema, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE (1), għandu bżonn permess tax-xogħol?
2)
Liema huma l-kriterji li fuqhom għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx kollokament ta’ ħaddiema fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE?
(1) Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (ĠU 1997, L 18, p.1).
Full & Egal Universal Law Academy