10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Anotato Dikastirio (Ċipru) fil-5 ta’ Awwissu 2009 — Georgios Michalias vs Christina A. Ioannou-Michalia
(Kawża C-312/09)
2009/C 244/04
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Anotato Dikastirio (Repubblika ta’ Ċipru)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Georgios Michalias
Konvenuta: Christina A. Ioannou-Michalia
Domanda preliminari
Skont interpretazzjoni u applikazzjoni tajba tal-Artikoli 2(1), 42 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 1347/2000, il-qrati ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (Ċipru) għandhom ġurisdizzjoni:
(a)
fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju mibdija mir-raġel quddiem il-qrati tal-Istat X (Ċipru) f’April 2003, wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament fl-1 ta’ Marzu 2001, iżda qabel ma dan l-Istat (Ċipru) sar Stat Membru fl-1 ta’ Mejju 2004, u
(b)
fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ divorzju mibdija mill-mara wara l-1 ta’ Mejju 2004 quddiem il-qrati ta’ Stat ieħor (ir-Renju Unit), li kien Stat Membru matul il-perijodu kollu rilevanti?
Matul il-perijodu kollu rilevanti, iż-żewġ konjuġi kellhom ir-residenza permanenti tagħhom fl-Istat Y (ir-Renju Unit).
Matul il-perijodu kollu rilevanti, iż-żewġ konjuġi kellhom iċ-ċittadinanza tal-Istat X (Ċipru).
Full & Egal Universal Law Academy