24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/12
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-313/09)
2009/C 256/24
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u M. Adam, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi m’adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1) (kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE tat-30 ta’ April 2008 li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC) (2)), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinnotifikahom kompletament lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fl-1 ta’ Mejju 2008.
(1) ĠU L 328 p. 14.
(2) ĠU L 117 p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy