24.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 256/13
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-315/09)
2009/C 256/25
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Erlbacher u L. de Schietere de Lophem, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE, tal-24 ta’ Ottubru 2006, dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (1), kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE, tat-30 ta’ April 2008, li temenda l-Anness IV għad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC) (2), jew, f’kull każ, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn id-direttivi;
—
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE skada fl-1 ta’ Mejju 2008, u dak għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/53/KE skada fl-1 ta’ Awwissu 2008. Issa, sad-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, il-konvenut kien għadu ma adottax il-miżuri neċessarji sabiex jittrasponi dawn id-direttiv jew, f’kull każ, ma kienx informa lill-Kummissjoni dwar dan.
(1) ĠU L 328, p. 14.
(2) ĠU L 117, p. 27.
Full & Egal Universal Law Academy