7.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 267/35
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2009 — MSD Sharp & Dohme GmbH vs Merckle GmbH
(Kawża C-316/09)
2009/C 267/66
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MSD Sharp & Dohme GmbH
Konvenuta: Merckle GmbH
Domanda preliminari
Id-domanda li ġejja, rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2001/83 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2008/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008 (2), tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej:
L-Artikolu 88(1)(a) tad-Direttiva dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jipprjobixxi wkoll reklamar lill-pubbliku għal prodotti mediċinali li huma disponibbli biss fuq riċetta medika li jinkludi biss l-informazzjoni kkomunikata lill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni u li hija f’kull każ aċċessibbli lil kull min jixtri l-prodotti, u meta din l-informazzjoni ma tiġix ippreżentata lill-persuna interessata jekk din ma titlobhiex iżda hija aċċessibbli fuq l-Internet biss lil dak li jipprova jiksibha?
(1) ĠU L 311, p. 67
(2) ĠU L 81, p. 51
Full & Egal Universal Law Academy