10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/3
Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awissu 2009 mir-Repubblika Ellenika kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2009 fil-Kawża T-33/07, Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
(Kawża C-321/09 P)
2009/C 244/05
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: I.Chalkias)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellanti
—
tilqa’ l-appell preżenti u l-aggravji invokati;
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza;
—
tilqa’ parzjalment l-appell;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li:
(1)
il-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat u applikat ħażin il-priniċpju taċ-ċertezza legali, inkwantu hija qieset, fis-sentenza appellata, li l-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet kienet, bla dubju, partikolarment twila peress li bdiet fid-9 ta’ Novembru 1999, waqt l-ewwel investigazzjoni, u spiċċat fil-15 ta’ Diċembru 2006, il-ġurnata li fiha ġiet ippubblikata s-sentenza appellata, iżda madankollu kkunsidrat inġustament li din il-kontestazzjoni għandha titqiegħed fil-kuntest tal-proċedura ta’ clearance tal-kontijiet tal-FAEGG u qieset li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali;
(2)
is-sentenza appellata tal-Qorti tal-Prim’Istanza fiha motivazzjoni żbaljata u kontradittorja inkwantu l-Qorti tal-Prim’Istanza ammettiet b’mod ċar li l-Kummissjoni interpretat u applikat ħażin l-Artikolu 12(1)(a) tar-Regolament Nru 1201/89 u li l-motiv invokat mir-Repubblika Ellenika kien fondat u kellu jintlaqa’, iżda qieset li l-bażi tal-korrezzjoni finanzjarja ma kinitx, minħabba dan, ikkontestata.
Full & Egal Universal Law Academy