19.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 312/10
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-326/09)
2009/C 312/16
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u M. Kaduczak, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, li timplimenta l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta’ merkanzija u servizzi (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni bl-adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/113/KE skada fil-21 ta’ Diċembru 2007.
(1) ĠU L 153M, p. 294.
Full & Egal Universal Law Academy