21.11.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischen Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Awwissu 2009 — Mensch und Natur AG vs Freistaat Bayern
(Kawża C-327/09)
2009/C 282/38
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bayerischen Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mensch und Natur AG
Konvenut: Freistaat Bayern
Domandi preliminari
(1)
Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 249 KE jipprekludi interpretazzjoni fis-sens li deċiżjoni tal-Kummissjoni li, skont l-ifformular tagħha, hija indirizzata biss għal persuna speċifika hija wkoll vinkolanti fir-rigward ta’ impriżi oħra li, fid-dawl tas-sens u l-għan tad-deċiżjoni, għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod?
(2)
Għandu jiġi kkunsidrat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Frar 2000, dwar ir-rifjut li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ “Stevia rebaudiana Bertoni: pjanti u weraq imnixxfa” bħala prodott ġdid tal-ikel jew ingredjent ġdid tal-ikel (2000/196/KE) (1); li l-Artikolu 1 tagħha jipprekludi t-tqegħid fis-suq Komunitarju ta’ “Stevia rebaudiana Bertoni: pjanti u weraq imnixxfa” bħala prodott tal-ikel jew ingredjent tal-ikel, hija wkoll vinkolanti għall-konvenuta li fil-preżent tikkummerċjalizza “Stevia rebaudiana Bertoni: pjanti u weraq imnixxfa” fil-Komunità?
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/196/KE, tat-22 ta’ Frar 2000, dwar ir-rifjut li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta’ “Stevia rebaudiana Bertoni: pjanti u weraq imnixxfa” bħala prodott ġdid tal-ikel jew ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 1997 (ĠU L 61, p. 14).
Full & Egal Universal Law Academy